Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi wara hit and run

Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu fi Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawazaki u vettura oħra li telqet minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-midrub. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.