Lokali

‘Daphne Project’ jirbħu premju Ewropew speċjali għall-ħidma tagħhom fil-ġurnaliżmu

Il-membri wara d-Daphne Project rebħu premju Ewropew speċjali għall-ħidma tagħhom fil-ġurnaliżmu. Il-premju ngħata waqt ċerimonja li nżammet f’Varsavja u jiċċelebra l-akbar kisbiet fis-settur fl-Ewropa.

Il-premju kien ippreżentat lir-rappreżentanti tal-NGO Franċiża Forbidden Stories, li tinkludi fiha lil 45 ġurnalist minn 18-il kamra tal-aħbarijiet minn madwar l-Ewropa u li ħadmu dwar id-Daphne Project biex ikomplu l-ħidma li ħalliet warajha l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fil-fatt, huma għaddew madwar ħames xhur isegwu aktar minn 750,000 dokument dwar xbieki ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.