Mara tista’ tgħoddha b’waħda wara li spiċċat evakwata minn darha hekk kif ir-residenza tagħha nħakmet min-nirien.
Il-każ seħħ is-Sibt kmieni waranofsinhar f’San Pawl il-Baħar fi Triq il-Villeġġatura, hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li waqt li l-vittma kienet qed issajjar għal xi raġuni mhux magħrufa l-kċina nbelgħat min-nirien.
Fuq il-post ġew msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien filwaqt li fortunatament l-mara ma ġarbet l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>
