Tfajjel ta’ 13-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif għall-ħabta tan-nofsiegħa matul dan il-lejl ħabat ġo tyres waqt li kien qiegħed isuq go-kart.
L-inċident seħħ ġewwa trakka li tinsab fi Triq Durumblat, il-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajjel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>