Internazzjonali

Tingħata bidu għat-tiġrija għall-Kap tal-Konservattivi

Ingħata bidu għat-tiġrija għal min ser jieħu f’idejh it-tmun tal-Partit Konservattiv wara li l-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li ser tirreżenja fis-7 ta’ Ġunju.

Ħames kandidati diġa’ ħabbru li ser jixħtu n-nomina tagħhom għal Kap tal-Partit, li sussegwentament ifisser nomina għall-pożizzjoni ta’ Prim Ministru Brittaniku ġdid.

Dawn huma; Jeremy Hunt, Rory Stewart, Matt Hancock, Esther McVey u Boris Johnson.

Kelliema mill-Partit spjegaw li qed jistennew Kap ġdid sal-aħħar ta’ Lulju.

Dan wara li f’diskors kommoventi għall-aħħar Theresa May ħabbret li ser tirreżenja wara li falliet milli tilħaq qbil mal-Membri Parlamentari Brittaniċi dwar il-ftehim fuq Brexit.