Turist Amerikan, li kien fis-sakra, instab ħati li kisser bieb ta’ propjetà f’Portomaso.
Steven Jones, ta’ 50 sena, deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud b’akkużi li ġarrab madwar €700 fi ħsara, li kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra fil-pubbliku.
Il-Qorti tagħtu l-ħelsin mill-arrest u ordnatlu li jħallas il-ħsarat fi żmien sitt xhur. Hu kien avżat ukoll li jekk jikkommetti reat ieħor f’Malta fis-sentejn li ġejjin, jittieħdu passi eħrex fil-konfront tiegħu.
Għall-akkużat deher l-Avukat Victor Bugeja.
//= $special ?>