Lokali

Żewġt irġiel isofru minn ġrieħi hekk kif inqabdu f’nirien ġewwa residenza fl-Imsida

Ritratt: Arkivji

Għall-ħabta tal-10 ta’ bil-lejl residenza privata fl-Imsida sofriet xi ħsarat minn nirien li mħakmet minnhom.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet żewġt irġiel, wieħed ta’ 26 sena mill-Kosta tal-Avorju u ieħor ta’ 24 sena mill-Mali l-Isptar Mater Dei hekk kif dawn sofrew xi ġrieħi kkawżati minn ħruq u dħaħen.

Wieħed mill-irġiel sofra ġrieħi ta’ natura serja filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

Ġew imsejħa wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u pulizija biex jikkontrollaw in-nirien u s-sitwazzjoni.

Bil-każ ġiet nfurmata l-Maġistrat ta-Għassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.