Futbol Sport

Atalanta u Inter jingħaqdu ma’ Juve u Napoli għal post fiċ-Champions League

(Ritratt: EPA)

It-taqtiegħa bejn Inter, Atalanta u Milan għal żewġ postijiet oħra f’din il-kompetizzjoni ferm importanti, spiċċat b’Inter u Atalanta jiksbu rebħiet identiċi ta’ 2-1 u 3-1 rispettivament f’darhom.

Atalanta spiċċaw it-tieni iżda marru minn taħt kontra Sassuolo minn Berardi fid-19-il minuta iżda Zapata ġab id-draw fil-35 minuta. Gomez fil-53 u u Pasalic fis-65 taw ir-rebħa lit-tim protagonista dan l-istaġun fil-league Taljan. Magnanelli seba’ minuti mit-tmiem tkeċċa għal Sassuolo.

Iktar kellhom impenn aktar diffiċli press li Empoli kellhom bżonn il-punti. Keita Balde fil-51 minuta poġġa lil Inter minn fuq sakemm Junior Traore fis-76 minuta ġab id-draw għal Empoli biex disa’ minuti mit-tmiem Nainggolan ta r-rebħa lil Inter, li fl-aħħar minuta kellhom lil Balde imkeċċi. Din it-telfa fissret li Empoli ngħaqdu ma’ Chievo u Frosinone fis-Serie B.

L-aħħar partita bil-flokk ta’ Roma għal Daniele De Rossi, il-captain “giallorosso” kontra Parma fejn lagħab bil-flokk numru 616, in-numru ta’ partiti li huwa lagħab ma’ dan il-klabb. Huwa skorja 63 ma’ dan il-klabb li tant iħobb. Bi bnadar bl-inizjali tal-plejer DDR, fl-aħħar partita mal-klabb huma tawh ovazzjoni kkulurita.

Għall-kronaka gowl ta’ Daniele Perotti fl-aħħar minuta ta r-rebħa lir-Roma kontra Parma. Kien Pellegrini li poġġa lil Roma minn fuq fl-34 minuta iżda Gervinho ġab id-draw erba’ miuta mit-tmiem, sakemm wasal il-gowl ta’ Perotti.

Iċ-Champions Juventus mingħajr xi plejers regolari nieqsa, fosthom Ronaldo li ma kienx f’sikktu tilfu 2-0 għand Sampdoria. Il-gowls waslu fl-aħħar sitt minuti. Fl-84 minuta permezz ta’ Defrela u Caprari fid-90 minuta.
Fl-ewwel partita tal-ġurnata Torino għelbu lil Lazio 3-1. Il-gowls minn Falque fil-5 u Lukic 53’ kif ukoll De Silvestri fit-80, b’Immobile jagħmilhom 2-1 temporanjament fis-66 minuta.

Milan rebħu imma ħadd bejn Inter u Atalanta ma waqqa’ l-punti biex flimkien ma’ Roma u Lazio daħlu fl-Ewropa League. Fin-naħa t’isfel spikka l-konfront bejn Fiorentina u Genoa li spiċċa 0-0 u t-tnejn salvaw.