Lokali

“Grazzi…għamiltuna kburin”

F’messaġġ fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Adrian Delia saħaq illi dawk kollha li illum tkellmu bil-vot tagħhom “għamluna kburin”.

Adrian Delia rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew.

Il-Kap tal-PN irringrazzja ukoll lill-istaff kollu li qed jipparteċipa biex il-proċess elettorali jimxi bla problemi.