Sport

Il-kontinġent Malti tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jasal fil-Montenegro filgħodu

Il-kontinġent Malti wasal fil-Montenegro l-Ħadd filgħodu hekk kif it-Tnejn filgħaxija ssir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ filwaqt li l-logħob tat-18-il edizzjoni jibdew it-Tlieta. Huma ħallew pajjiżna b’titjira ftit qabel il-5.00am u waslu għal ħabta tas-6.30am fil-belt Kapitali Podgorica. Minn hemm kien hemm vjaġġ dirett u twil ta’ kważi siegħa u nofs lejn il-belt ta’ Budva fejn hemm il-Villaġġ tal-Atleti.

Il-grupp ta’ għawwiema flimkien mal-kowċ nazzjonali Artem Goncharenko u l-President tal-ASA Joe Caruana Curran, diġà kienu jinsabu f’Montenegro wara li huma telqu ġurnata qabel. Huma kienu l-ewwel atleti li kellhom l-opportunità li jkunu l-ewwel atleti li jagħmlu sessjoni ta’ taħriġ f’Podgorica.

Il-grupp Malti hu mmexxi mic-Chef de Mission Paul Sultana fil-preżenza tal-President u Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello u Joe Cassar, kif ukoll id-Direttur tal-Isport Ivan Balzan rispettivament.