Il-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta’ voti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Għalkemm s’issa għad m’hemmx riżultat uffiċjali, il-Prim ministru Joseph Muscat iddikjara li l-indikazzjonijiet huma li r-riżultat se jkun “fl-istess ilma tal-elezzjoni ġenerali.”
Iktar kmieni, TVM kien iddikjara li l-Partit Laburista se jirbaħ b’distakk ta’ 54,000 vot, għalkemm jidher ċar li dan mhu se jkun il-każ.
Fl-istess waqt, fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti spikkaw xeni tat-tisbit tradizzjonali fuq il-perspex fost l-għajjat ta’ “Viva l-Labour” mill-aġenti tal-Partit Laburista – fosthom anke Ministri u uffiċjali.
