Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, qal li “bil-vot tiegħu l-poplu tkellem u issa rridu nisimgħuh.”
Innota kif ut-turnout f’distretti tradizzjonalment Nazzjonalisti hu riflessjoni tar-riżultat.
Fakkar li l-ewwel surveys kienu juru riżultat ta’ differenza li tvarja bejn il-75,000 u l-85,000 vot bejn il-partiti. Dan sakemm finalment ir-riżultat jindika differenza ta’ 45,000 vot.
Clyde Puli tkellem ukoll dwar id-dewmien tal-Kummissjoni Elettorali biex toħroġ it-turnouts, imma wkoll biex il-proċess tal-għadd tal-voti ttardja b’sigħat.
Qal li b’żewġ elezzjonijiet kbar bħal dawn, hu ċar li l-Kummissjoni Elettorali ma ngħatatx ir-riżorsi li kellha bżonn biex tkun tista’ taħdem bl-aħjar mod possibbli.
//= $special ?>