Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar illi l-maġġoranza ta’ voti tal-Partit Laburista tilħaq l-ammont ta’ 48,000 u b’hekk tikkonferma r-raba’ siġġu għall-Partit Laburista.
Dan qalu meta kien qed jindirizza lin-nies tiegħu mill-gallarija taċ-Ċentru Laburista, il-Ħadd għall-ħabta tas-2pm.
Din hija l-ikbar maġġoranza li nkisbet mill-Partit Laburista, iżda l-persentaġġ ta-voti li kiseb il-Partit Laburista huwa l-istess bħall-aħħar elezzjoni, dak ta 55%.
Joseph Muscat appella biex issa l-poplu jingħaqad.
Apparti minn hekk, qal ukoll illi r-riżultati u l-istatistika ta’ din l-elezzjoni jridu jiġu analizzati għaliex permezz tal-vot tiegħu l-poplu Malti bagħat messaġġ illi għandu jinstema’.
//= $special ?>