Lokali

Issir l-Elezzjoni għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-pajjizi kollha tal-UE

Matul din il-ġimgħa, saret l-Elezzjoni għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-pajjizi kollha tal-UE. Filfatt Il-Ħamis saru l-elezzjonijiet fl-Olanda u fir-Renju Unit filwaqt li l-Ġimgħa segwew l-Irlanda u r-Repubblika Ċeka.

Is-Sibt, flimkien ma’ Malta vvutaw l-Islovakkja u l-Latvja. Filwaqt li l-Hadd kienu msejjhin ghall-vot il-popli ta’ 21 pajjiz…fosthom Franza, l-Italja, u l-Germanja.

F’dawn l-elezzjonijiet, kien hemm madwar 426 miljun persuna eliġibbli biex jivvutaw, filwaqt li wieħed jinnota li fl-aħħar elezzjoni kienu biss 42.6% dawk li pparteċipaw f’dawn l-elezzjonijiet.

Il-votazzjoni ghall-Parlament Ewropew mistennija tara zieda fil-voti ghal partiti żgħar bħall-Liberali, u l-partiti populisti.

L-Ewro Xettici huma mistennija li jirbħu ftit anqas minn terz tas-751 siġġu fil-Parlament Ewropew, u dan jirrifletti xejra li qed tinhass anke fuq livell globali. Minkejja dan, l-akbar partiti fil-Parlament Ewropew xorta mistennija jibqghu il-Partit Popolari Ewropew u s-Socjalisti.Ir-riżultati uffiċjali mistenni il-Ħadd tard filgħaxija.