Lokali

Itajjar motoċiklista f’Ħaż-Żebbuġ u jibqa’ sejjer

Rapporti fil-midja jgħidu li motoċiklista ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ ittajjar minn karrozza fi Triq Dun Karm Psaila f’Ħaż-Żebbuġ u baqa’ sejjer.

Ir-raġel, li ġarrab ġrieħi gravi f’dan l-inċident hit and run, ġie ttrattat minn tim medika u ttieħed l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.