Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex saħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn.
Minkejja bi problemi fir-roti, Hamilton rebaħ it-tiġrija b’Sebastian Vettel tal-Ferrari jispiċċa t-tieni u għalhekk, intemm il-one-two’s tar-rebħ tal-Mercedes. Dan minkejja li Verstappen spiċċa t-tieni fit-tellieqa u ta kedda lil Hamilton, madankollu dan ingħata ħames sekondi penaliżazzjoni wara li ħabat ma’ Valtteri Bottas fil-pit lane. Kien l-istess Bottas li spiċċa fit-tielet post.
“Kont qed niġġieled bl-ispirtu ta’ Niki. Naf li qed iħares l-isfel u jneħħi l-kappell. Dan għax kont qed nagħmel minn kollox biex nagħmlu kburi. Qed nimmissjawh ħafna. Ili ma nsuq fuq roti bħal dawn mit-tellieqa ta’ Shanghai 2007. Nispera li ma kienitx telieqa ta’ dwejjaq. Kienet diffiċli u t-tim għamel xogħol inkredibbli. Li akkwistjana fl-ewwel sitt tlielaq huwa xi ħaġa ta’ barra minn hawn.
“Dwar il-ħabta lejn l-aħħar ma’ Max Verstappen, rajtu fl-aħħar minuta u ma kienx għaddieni kompletament. Daqsxejn ta’ laqta’ u komplejna.”
//= $special ?>