Hekk kif is-Sibt f’Malta saret l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, f’din l-elezzjoni ivvutaw 72.6% ta’ dawk li kienu eleġibbli.
Ħarsa lejn it-turnout juri li f’kull distrett kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ voti mixħuta fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, meta mqabbel mal-aħħar elezzjoni li kienet saret fl-2014.
F’dik l-elezzjoni, l-ammont ta’ voti mitfugħa kien ta’ 74.8%, li jfisser li kien hemm tnaqqis ta’ iktar minn 2% fuq ħames snin ilu.
Distrett b’distrett, dawn huma d-differenzi fl-ammont ta’ voti tifugħa meta mqabbel ma’ ħames snin ilu.
- Fl-Ewwel Distrett ivvutaw 71.38% jiġifieri tnaqqis ta’ 4.3%;
- Fit-Tieni Distrett ivvutaw 73.80% – tnaqqis ta’ 3.6%
- Fit-Tielet Distrett ivvutaw 69.77% – tnaqqis ta’ 6.7%
- Fir-Raba’ Distrett ivvutaw 74.93% – tnaqqis ta’ 4%
- Fil-Ħames Distrett ivvutaw 75.34% – tnaqqis ta’ 1.6%
- Fis-Sitt Distrett ivvutaw 75.62% – tnaqqis ta’ 2.6%
- Fis-Seba’ Distrett ivvutaw 75.30% – tnaqqis ta’ 2.1%
- Fit-Tmien Distrett ivvutaw 71.99% – tnaqqis ta’ 3.9%
- Fid-Disa’ Distrett ivvutaw 64.27% – tnaqqis ta’ 6.9%
- Fl-Għaxar Distrett ivvutaw 58.90% – tnaqqis ta’ 8.5%
- Fil-Ħdax-il Distrett ivvutaw 69.97% – – ta’ 6.5%
- Fit-Tnax-il Distrett ivvutaw 59.77% – tnaqqis ta’ 5.1%
- U fit-Tlettax-il Distrett…id-distrett ta’ Għawdex … ivvutaw 74.87% – tnaqqis ta’ 2.2%.
Dan ifisser li meta wieħed iħares lejn l-ammont ta’ voti li intefghu f’din l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew, kien hemm tnaqqis ta’ iktar minn 2% fuq l-elezzjoni tal-2014.
Ifisser ukoll li, jekk wieħed iqis ukoll dawk li ma ġabrux il-vot, kien hemm iktar minn mitt elf persuna li kienu Reġistrati li jivvutaw, iżda ma għamlux dan.