Lokali

LIVE: Indikazzjonijiet li l-PL se jeleġġi 4 siġġijiet

Partitarji Laburisti jiċċelebraw ir-rebħa Laburista - id-distakk kien ferm inqas mill-previżjonijiet tas-surveys

1157: Fuq Net TV, Clyde Puli qal illi matematikament il-Partit Laburista possibilment jirbaħ ir-4 siġġu

1120: L-aġenti tal-Partit Laburista jiċċelebraw fil-counting hall bl-għajjat ta’ ‘Viva l-Lejber’.

1115: Il-Prim Ministru iħabbar rebħa għall-kandidati Soċjalisti.

1016: Il-voti qed jgħaddu mill-iscanner biex jidħlu fis-sistema elettronika.

1000: Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli jgħid li d-distakk li hemm fl-10 Distrett hu indikattiv, għalkemm għalissa għad m’hemm l-ebda ħjiel tar-riżultat.

0945: Bħalissa qed jittieħed sample b’mod manwali tal-voti, bl-AECs li qed juru l-voti lill-aġenti tal-partiti. F’dan il-punt ikollna indikazzjoni fejn marru l-maġġoranza tal-voti u l-preferenzi.

0905: Beda l-proċess tal-għadd tal-voti, sagħtejn iktar tard milli mistenni oriġinarjament.

0850: Minn hawn u ftit ieħor se jkunu nħarġu l-voti kollha mill-kaxxi rispettivi u ddawru rashom ‘l isfel. Minn hawn jibdew jinfirdu d-dubjużi mill-kumplament u jiddaħħlu fis-sistema elettronika.

0823: Il-proċess fin-Naxxar jidher li waqa’ lura – għadhom qed jinfetħu l-aħħar ftit kaxxi.

0815: Konferma li kienu 72.6% dawk li ħarġu jivvutaw għall-Parlament Ewropew u mhux 70.1% kif qalet il-Kummissjoni Elettorali. Dan għaliex il-Kummissjoni injorat lil dawk li vvutaw kmieni u tal-early voting.

0752: Għadu għaddej il-proċess li permezz tiegħu l-voti qed jitpoġġew kollha wiċċhom ‘l isfel.

0740: It-turnout uffiċjali hu ta’ 70.12%

0737: Jaslu ċ-ċifri uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali li juru tnaqqis ta’ 4.7% fuq l-elezzjoni li saret fl-2014.

0730: Iċ-ċifri mhux uffiċjali jikkonfermaw il-kalkoli li kellu f’idejh Net TV. F’din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ivvutaw bejn wieħed u ieħor 73% meta mqabbel mal-75% li vvutaw fl-2014 – tnaqqis ta’ 2%.

0728: Meta wieħed iqabbel mal-2014, jidher li kien hemm tnaqqis ta’ 2% fin-nies li ħarġu jivvutaw.

0722: Net TV għadu kif ħabbar li t-turnout mhux uffiċjali hu ta’ 72%

0715: Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti jibdew jinġabru l-aġenti tal-partiti li jsegwu l-proċess minn wara l-perspex. Għalkemm għalissa, għadu għaddej il-proċess li fih il-poloz tal-voti jitpoġġew rashom ‘l isfel.

0711: S’issa għadu ma ħareġ l-ebda turnout uffiċjali mill-Kummissjoni Elettorali. Din hi xi ħaġa li mhux soltu tiġri, għaliex normalment sa dan il-ħin ikun ilu li ħareġ dan it-turnout.

Wieħed irid jirrimarka li din kienet votazzjoni li fiha rajna żewġ elezzjonijiet f’daqqa – it-tnejn fuq bażi nazzjonali.

0708: Jidher li l-proċess fin-Naxxar waqa’ lura xi ftit

0700: L-istaff tal-counting hall għadhom għaddejin bil-proċess fejn qed jinfetħu l-kaxxi kollha tal-voti