Lokali

AĠĠORNATA: Żewġ Ingliżi isofru ġrieħi gravi wara inċident bi quad bike

Ritratt: Martin Agius

Ingliż ta’ 38 sena u Ingliża ta’ 39 sena qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi wara inċident bejn il-quad bike li kienu fuqha u Mini Cooper.

L-inċident seħħ fit-Telgħa t’Alla w’Ommu meta l-quad bike misjuqa minn żewġ barranin għal xi raġuni kienet involuta f’ħabta head on mal-vettura li kienet misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti n-Naxxar

Il-mara li kienet qed issuq il-Mini Cooper ma sofriet l-ebda ġrieħi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 tal-Ħadd filgħodu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.