Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħalla Malta lejn Brussel biex jattendi għall-laqgħa tal-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej l-EPP.
Il-laqgħa straodinarja tal-EPP qed isseħħ eżatt wara l-elezzjonijiet għall-membri tal-Parlament Ewropew li seħħew madwar l-Ewropa kollha fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. F’dawn l-elezzjonijiet il-Partit Popolari Ewroew ħareġ rebbieħ u ġab l-akbar ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Fost dawn se jkun hemm ukoll il-Membri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa.
Takkumpanja lill-Kap Adrian Delia għal dan is-summit tal-EPP hemm is-Segretraju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>