Sport

GSSE 2019: F’din l-edizzjoni se jieħdu sehem erba’ atleti mill-Vatikan

Fatt interessanti f’din it-18-il Edizzjoni huwa li għall-ewwel darba ser ikunu qed jieħdu sehem erba’ atleti mill-Belt tal-Vatikan. Dawn l-atleti, żewġ nisa ulied impjegati fil-Vatikan u żewġt irġiel wieħed minnhom huwa wkoll suldat fi ħdan il-Guardia Svizzera ser jieħdu sehem fil-5,000 metru tan-nisa u fl-10,000 metru tan- nisa u rġiel.

Il-preparazzjoni ta’ dawn l-atleti ġiet fdata f’idejn Vittorio di Saverio li huwa wkoll kowċ fi ħdan il-FIDAL – il-Federazzjoni Taljana tal-Atletika u li bħala atleti irrappreżenta lill-Italja kemm f’Kampjonati tad-Dinja u Kampjonati Ewropej, barra li huwa responsabbli mill-Fiamme Gialle.

Il-kowċ Vittorio di Saverio