Hekk kif għada jibdew il-logħob kompetittiv, fl-azzjoni se jidħlu l-għawwiema Maltin. L-għawwiema Mya Azzopardi, Martina Valletta, Alexandra McGoningle, Francesca Falzon Young u Sacha Gatt għaddew kummenti lill-media Maltija.
Azzopardi, McGoningle u Falzon Young kienu preżenti fl-edizzjoni ta’ sentejn ilu, filwaqt li għal Valletta u Gatt din se tkun l-ewwel esperjenza. Huma kollha qalu li jittamaw li jtejbu l-aħjar ħinijiet tagħhom u jekk ikun possibbli li jiksru rekords nazzjonali, fejn iċ-ċansijiet ta’ midalji jibqgħu minn Azzopardi u McGoningle u wkoll minn Falzon Young.
Jekk dan iseħħ, ikun ifisser li n-nisa jkunu reġgħu fost ir-rebbieħa tal-midalji fl-għawm, hekk kif sentejn ilu s-seba’ midalji mirbuħa minn Malta waslu mill-għawwiema rġiel.
//= $special ?>