Għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 31 sena residenti l-Fgura, waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>