It-Tnejn wasal f’pajjiżna l-Prim Ministru tal-Libja Fayez al-Sarraj biex jiddiskuti diversi kwistjonijiet komuni li qiegħdin jaffettwaw kemm lil Libja u anke lil pajjiżna.
Al-Sarraj saħaq li b’din il-laqgħa hu qed jesprimi l-ħsibijiet tiegħu dwar iż-żewġ pajjiżi. Dan biex fl-aħħar mill-aħħar ikunu jistgħu jtejbu s-sitwazzjoni f’diversi oqsma ta’ interess komuni.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hu jixtieq li waqt din il-laqgħa jintlaħaq qbil sabiex fl-aħħar mill-aħħar tissolva l-problema fil-Libja – pajjiz li ilhu xhur ghaddej minn glied u taqlib fiz-zona tal-kapitali Tripli.
Al-Sarraj żied jgħid li din is-sitwazzjoni ghandha tkun fuq l-aġenda tal-Parlament Malti għaliex iż-żewġ pajjiżi huma ġirien ta’ xulxin.
Qabel din l-istess laqgħa li saret ġewwa il-binja ta’ Kastilja fil-Belt Valletta, kien hemm cerimonja li fiha l-Prim Ministru Malti laqa’ lill-Prim Ministru tal-Libja.
Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, u Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, fost diversi l-oħrajn.

