Il-Movimento 5 Stelle (M5S) ta’ Luigi di Maio ġarrab telfa kbira fl-elezzjoni tal-bieraħ hekk kif l-elettorat Taljan poġġa’ lill-Partito Democratico bħala t-tieni l-akbar partit. Dan apparti l-fatt li, kif kien mistenni, il-Lega ta’ Matteo Salvini kaxxkret lil kulħadd u kisbet 34% tal-voti mitfugħa.
Il-PD ġab 22.7% filwaqt li M5S ġab 17%. Dan ipoġġi lil-Lega bħala l-ewwel partit fl-Italja, segwit mill-PD, li sa ftit xhur ilu kien qed jidher bħala partit imfarrak.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu Matteo Salvini, filwaqt li rringrazzja lit-Taljani, qal li dan hu “riżultat storiku”.
Fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż il-Lega ġabet l-appoġġ ta’ 40% tal-elettorat. Di Maio mar tajjeb fin-naħa t’isfel, għalkemm mhux kemm mixtieq.
//= $special ?>