Il-Ħadd filgħaxija, għall-ħabta tas-6:45pm, tifla ta’ 3 snin, għal xi raġuni waqgħet madwar sular, f’residenza fi Triq Emmanuel Schembri, Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hi ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>