Parlament

Il-Gvern ma jassumix responsabbiltà politika għall-qtil razzista tal-immigrant f’Ħal Far

Is-sistema tal-iskrutinju tar-rekluti fil-FAM falliet…il-Ministru Farrugia ma jgħidx x’kienet l-akkuża ta’ wieħed mill-akkużati qabel iddaħħal fil-FAM

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia ma assumiex responsabbiltà f’isem il-gvern għall-qtil tal-immgrant mill-Kosta tal-Ivorju Lassana Cisse f’Ħal Far.

Din il-pożizzjoni f’isem il-Gvern ittieħdet mill-Ministur Farrugia meta kien qed iwieġeb mistqosijiet tal-Oppożizzjoni fil-parlament wara stqarrija ministerjalidwar il-qtil tal-immigrant Cisse f’Ħal Far.

Fl-istqarrija ministerjali l-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li l-investigazzjonijiet dwar il-każ bdew mill-ewwel u saru l-arresti tal-persuni. Hu wera d-diżappunt tiegħu li l-persuni arrestati huma membri ta’ korp dixxiplinat iżda dan m’għandux jitfa’ dubji fuq il-membri tal-korpi dixxiplinati fil-pajjiż.

Hu faħħar il-ħidma tal-FAM u appella għall-prudenza fid-diskorsi waqt li kkundanna kull kliem ta’ mibgħeda u razziżmu. Qabel l-2013, taħt gvern Nazzjonalista, persuna li kien japplika biex jidħol fl-FAM kien jintalab biss il-kondotta iżda wara l-2013 inħass li dan id-dokument ma kienx biżżejjed. Rekluta obbligat ukoll li jiddikjara jekk għandux kawżi pendenti. F’dawn il-każi l-fedina taż-żewġ suldati kienet nadifa u huma ddikjaraw li ma kellhomx kawżi pendenti.

Il-Ministru Farrugia kompla li mill-2015 il-FAM sar għandhom iktar viżibbiltà ta’ xi ħtija li tkun imniżżla fil-fedina penali u mhux bilfors fil-kondotta.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sellem il-memorja tal-vittma li nqatel kiesaħ u biered għall-uniku raġuni li dan kien iswed. Dan hu qtil li ta ċertifikat ta’ falliment tas-soċjetà Maltija fl-2019. Hu staqsa kif il-pajjiż wasal s’hawn fejn żewġ persuni ta’ 22/23 sena ħassewha faċli li – għax hawn tali ambjent – huma jistgħu joħorġu, jisparw u joqltu. Illum qed naħsdu ż-żerriegħa li nżergħet matul is-snin, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li meta 10 snin ilu bdiet il-problema tal-immigrazzjoni l-Prim Ministru Gonzi ken salva lin-nies fuq id-dgħajjes biex ma jgħerqux.

L-istess nies li llum qed jibku għal dan il-qtil, dak iż-żmien biex jirbħu l-vot ta’ dawk in-nies li ħarġu mill-kontroll waqt li Joseph Muscat kien iwiegħed li jagħmel il-pushbacks. Fil-fatt Joseph Muscat wettaq il-pushbacks u kien il-PN li appella lill-Gvern Laburista biex ma jagħmilx ħsara lil Malta b’din id-deċiżjoni. Dak iż-żmien, il-populisti u r-razzisti kienu qed iċapċpu għall-push backs. Illum qed naħsdu ż-żerriegħa li nżergħet b’mod irresponsabbli.

Beppe Fenech Adami kompla li llum saru kemm saru tibdiliet, is-sistema falliet tant li ddaħħlu fl-FAM żewġ persuni li huma partitarji kbar Laburisti propju għaliex illum fil-FAM in-nies qed jiddaħħlu bl-addoċċ. Dan il-gvern kisser il-FAM.

Hu appella biex issir inkjesta indipendenti biex ikun stabbilit kif dawn iż-żewġ persuni spiċċaw fl-FAM u kif dawn il-persuni razzisti spiċċaw memrbi fl-FAM.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li jidher li l-Ministru tal-Intern mhux se jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-każ. Hu staqsa min se jerfa’ din ir-responsabbiltà fil-pajjiż bejn il-Prim Ministru u l-Kap Kmandant tal-FAM u jekk hawnx xi ħadd fil-pajjiż li se jerfa’ din ir-responsabbiltà. Simon Busuttil qal li fl-inċident kienu feruti żewġ persuni oħra u staqsa jekk il-ministru żarx lil dawn il-persuni feruti, jekk l-Istat offrilhomx għajnuna, jekk l-Istat Malti weriex dispjaċir għall-każ, jekk il-Ministru marx jara fejn joqgħodu u jekk offrilhomx għajnuna f’isem il-poplu Malti.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li hemm responsabbiltà politika li trid tinġarr f’dan il-każ u sostna li wieħed mill-akkużati ammetta u nstab ħati meta kien akkużat. Hu staqsa x’kien ir-reat li dwaru s-suldat akkużat instab ħati dwaru. Hu talab lill-ministru jikkonferma li l-akkuża kienet ta’ natura sesswali u li tant kien serju li kien hem l-inovlviment tal-interpol.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-parlamentari llha għandhom iġorru r-responsabbiltà. Fit-18 ta’ April il-pjattaforma ta’ NGGOs li jaħdmu fis-settur talbu biex il-gvern biex azzjoni biex is-soċjetà tiftaħ għajnejha dwar dak li qed iseħħ fil-pajjiż. Hi staqsiet jekk il-Ministru iltaqax ma’ dawn l-NGOS, jekk saritx konsultazzjoni jew jekk ġewx injorati għaliex l-informazzjoni li għandha hi li ma ltaqa’ magħhom ħadd. Fost dawn l-NGOS hemm esperti li jistgħu jikkontribwixxu. Dak li kien ħażin qabel is-sibt li għadda, kien, għadu u jibqa’ ħażin irrispettivament mir-riżultati elettorali.

Id-deputat Hermann Schiavone qal li hu rapportat li dawn l-akkużati sparaw fuq l-immigranit flok sparaw fuq il-qtates. F’pajjiż normali, ka’ bħal dan iġorr miegħu responsabbiltà politika mhux għax il-ministru kellu x’jaqsam f’dan il-każ iżda għax trid tinġarr responsabbiltà politika. Donnu l-gvern qed jirrifjuta li jagħmel inkjesti pertinenti, fosthom biex ikun stabbilit jekk dan il-qtil setax ikun evitat. Talba simili kienet saret dwar mil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu staqa jekk is-sistema edukattiva hix tipprepara lit-tfal għall-inklużjoni fis-soċjetà.

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qabel mal-Gvern Nazzjonalista ta’ żmien Lawrence Gonzi li kien jinsisti fuq burden sharing u qal li l-Oppożizzjoni Laburista dejjem appoġġjat din il-politika. Hu qal li anki llum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tappoġġja lill-Gvern fuq dan. Il-Ministru Farrugia kompla li għaddejjin diskussjonijiet biex il-FAM jkollhom aċċess għal sejbien ta’ ħtija jew ammissjoni għal pussess sempliċi ta’ droga. Dawn il-persuna llum jidħlu fil-FAM għaliex din l-informazzjoni ma tinstab imkien.

Il-Ministru tal-Interna qal li s-sistema ma fallietx u qal li għaddejja inkjesta. Hu żied li l-persuni feruti ingħataw it-trattament emiku u l-attenzjoni kollha waqt li l-kundizzjoni tagħhom qed tkun segwita. Qed ikun ikkunsidrat ukoll l-istatus tagħhom.

Dwar ir-reat hu qal li l-persuna kien minuri u l-każ kien wettqu bħala minuri u jrid jivverifika jekk setax ikun pubblikat isem il-persuna. Hu qal li hemm ħabib tiegħu u li hu l-avukat tal-persuna u l-mistoqsijiet għandhom isiru lilu. Il-Ministru tal-Intern qal li fl-2018 kien hemm tnaqqis ta’ 7% fuq l-2017.

Il-Ministru Farrugia qal li bdiet inkjetsa immexxija minn kurunell u seba’ uffiċjali biex tistabilixxi jekk membri fl-Armata iltaqgħux ma’ xi persuni, jew sarux diskorsi ta’ mibgħeda sarux, jekk hemmx gruppi ulterjuri, jekk l-Armata tipprovdix biżejjed tolleranza kontra d-diskriminazzjoni, issejjaħ membri tal-FAM dwar jekk għadhomx rabtiet ma’ xi gruppi u biex tippromwovi kmapanja kontra r-razziżmu.