Illejla fuq ITV tixxandar it-tieni semi-finali ta’ Britain’s Got Talent – serata li fiha se tieħu sehem il-kantanta ċkejkna minn pajjiżna, Giorgia Borg.
Giorgia, li għad għandha biss 10 snin, waslet sas-semi-finali wara li impressjonat il-ġurija u rċiviet il-Golden Buzzer Alesha Dixon. Hi kienet l-iżgħar kantanta fl-istorja ta’ BGT li qatt ħadet il-Golden Buzzer.
Illejla Giorgia Borg se tkun qed tieħu sehem ma’ seba parteċipanti oħra. Il-pubbliku se jkollu ċ-ċans jivvota għall-artist li jridu jgħaddi dritt għall-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej.
Il-ġurija minn naħa tagħhom jivvutaw għal żewġ artisti oħra li jkunu jriduhom ukoll fil-finali.
Is-serati tas-semi-finali huma b’kollox tlieta, u bdew nhar it-Tnejn. Fl-ewwel show wieħed seta’ jsegwi wkoll il-parteċipazzjoni tal-Maltija Hollie Cassar, bħala parti mill-kast tal-musical ta’ Gloria Estefan, On Your Feet!.
//= $special ?>