Lokali

Ċans sat-3pm biex tivvutaw għal band Maltija

Band Maltija bl-isem ta’ ‘Align the tide’ għandha ċans sat-3 ta’ waranofsinhar biex iġġib l-iżjed ammont ta’ voti fuq facebook, biex b’hekk tkun tista’ ddoqq waqt festival presitġjuż li se jsir fil-Ġermanja. Għalhekk il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jivvota għal din il-band Maltija.

Il-bands l-oħra li qed jieħdu sehem huma Kin Beneath Chorus mill-Greċja, Marina mir-Repubblika Ċeka u Ambers mill-Ġermanja.

Il-‘Euroblast Festival’ se jsir bejn is-27 u d-29 ta’ Settembru.