Lokali

Dgħajsa tal-irmonk ġdida bl-isem ta’ ‘Vittoriosa’

Dalgħodu ġiet inawgurata t-tieni tugboat minn flotta ta’ tlieta ġodda bil-isem ta’ Vittoriosa taħt il-forti ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu.

Din il-flotta ta’ tugboats hija mgħammra b’faċilitajiet li jaqdu l-bżonnijiet tal-portijiet Maltin. Dawn it-tug boats għandhom il-faċilità li jitfu nirien kif ukoll jassistu vapuri kbar.

Il-Vittoriosa hi mibnija fit-Turkija, u kapaċi taħdem anke f’kundizzjonijiet tal-baħar diffiċli filwaqt li anki tassisti s-super yauchts.

Iċ-chairperson ta’ Tug Malta, Mario Mizzi, waqt l-indirizz tiegħu  qal li t-tug boat se tkun ukoll għall-assistenza waqt emerġenzi kull ħin tal-ġurnata.

Fl-għeluq tal-attività sar it-tberik ta’ din it-tugboat mill-Arċipriet Kan. Dun Karm Busuttil, filwaqt li wara kif inhi t-tradizzjoni nfaqa’ flixkun tax-xampanja mad-dgħajsa tal-irmonk li se tkun se tibda tbaħħar fil-portijiet taghna.

Dan l-investiment isegwi investimenti kbar li għamlu Gvernijiet preċedenti sabiex Tug Malta tkompli isaħħaħ l-operat tagħha.