It-tim Malti tan-nisa kiseb rebħa u telfa fl-ewwel ġurnata ta’ logħob fid-doubles tan-nisa. Fl-ewwel logħba l-koppja magħmula minn Viktoria Lucenkova u Anthea Cutajar rebħu 3-1 kontra l-Iżlanda iżda tilfu 3-2 kontra Montenegro f’logħba missielta.
Fil-kategorija tal-irġiel, it-tim Malti sofra żewġ telfiet kontra San Marino u Ċipru. Kontra San Marino, Daniel Bajada u Gabriel Grixti tilfu 3-1 filwaqt li kontra Ċipru sofrew telfa ta’ 3-0.
Għada t-timijiet Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni. It-tim tan-nisa jilgħab kontra Monaco filwaqt lit-tim tal-irġiel jilgħab kontra l-Lussemburgu.
//= $special ?>