Lokali

Ian Borg ma jikkommettix ruħu dwar it-toroq

Wara ħames ġimgħat ta’ ferneżija li fiha l-Gvern qala’ għexieren ta’ toroq madwar Malta u Ghawdex f’eżerċizzju biex jidher qed isir ix-xogħol lejlet l-elezzjoni, il-Ministru Ian Borg, issa, m’għandu l-ebda idea kemm se jsiru toroq ix-xahar li ġej. Turija ċara kemm din kienet biss mossa ta’ Kastilja ħalli fl-aħħar ġranet qabel il-vot tal-Kunsilli jkun qed jidher li għaddej ix-xogħol.

Mistoqsi minn Net News, il-Ministru tat-Toroq ma kienx kapaċi jwieġeb kemm se jagħmel toroq matul ix-xahar ta’ Ġunju. U baqa’ jikkwota biss l-ammont ta’ toroq li beħsiebu jagħmel il-Gvern tul din is-sena.

Għalkemm bqajna nagħmlu d-domanda diretta sabiex il-Ministru jagħtina ċifra eżatta kemm se jsiru toroq ix-xahar li ġej Ian Borg baqa’ jaħrab milli jwieġeb.