Lokali

IL-QTIL TA’ CISSE: Għandha ssir inkjesta indipendenti dwar l-ingaġġ

Fi stqarrija Ministerjali, il-Ministru Michael Farrugia baqa’ jinjora l-fatt li wiehed mis-suldati akkuzat bil-qtil tal-immigrant f’Hal Far iddahhal fl-armata meta kellu kaz pendenti l-Qorti.

Din l-attitudni tal-Ministru issegwi l-mod kif wiegeb lil Net News il-gimgha li ghaddiet, meta baqa’ jahrab mid-domandi taghna.

Waqt is-seduta Parlamentari tat-Tlieta, id-deputat Beppe Fenech Adami qal illi huwa tal-misthija kif f’pajjizna wasalna s’hawn; li jkollok zghazagh bla rimors ta’ xejn jisparaw bl-addocc. U fakkar kif kien Joseph Muscat fl-Oppozizzjoni li rewwah sentiment qawwi kontra l-immigranti.

Beppe Fenech Adami qal illi kien dan il-Gvern illi kisser ir-reputazzjoni ta’ suldati genwini, a skapitu ta’ promotions partiggjani.

Beppe Fenech Adami talab mill-gdid biex issir inkjesta indipendenti dwar kif dawn iz-zewg suldati spiccaw fl-armata. U wera d-dispjacir tieghu ghall-fatt li l-Ministru ghadu ma jridx jerfa’ responsabbilta’ politika. L-istess sentiment esprimewh ukoll id-deputati Simon Busuttil u Karol Aqulina….b’dan tal-ahhar izid jistaqsi jekk wiehed mis-suldati involuti kellux kaz serju ta’ akkuzi sesswali, li fih sahansitra dahlu anke l-Interpol – izda l-Ministru, naqas milli jwiegeb din id-domanda serja.

Matul is-seduta, id-deputat Claudette Buttigieg saqsiet jekk il-Ministru kellux xi forma ta’ kuntatt mal-ngo’s li jahdmu fis-settur tal-immigranti.