Parlament

Irridu nsalvaw il-baħar Mediterran

  • Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex ikun salvat il-baħar Mediterran biex dan ikun jista’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li Malta għad għandha ħafna x’toffri f’dan is-settur tat-turiżmu u semmiet il-kontribut tal-investituri Maltin f’dan is-settur. Jeħtieġ li l-pajjiż ikun tal-ogħla livell jekk se nimmiraw għal lukandi tal-ogħla livell.

L-ikbar sfidi huma s-sotenibbiltà u l-istaġonnalità. It-turiżmu fil-Mediterran qed ikollu effetti fuq is-sistema tal-baħar u għalhekk jekk mhux se tissaħħaħ il-ħidma biex ikun sostnut il-baħar. il-ġenerazzjonijiet futuri mhux se jsibu l-ibħra li hawn llum.

Jeħtieġ li jinsab bilanċ bejn attivitajiet kbar bħal-Lost and Found li tagħti injezzjoni qawwija fl-ekonomija u l-ħtieġa li jkun hemm regoli.