Lokali Parlament

It-turiżmu hu s-sostenn ewlieni ta’ Għawdex

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi qal li t-turiżmu hu l-għan prinċipali tad-dħul għall-popolazzjoni Għawdxija.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament id-deputat Nazzjonalista enfażizza l- bżonn li jkomplu jitjiebu niċeċ ġodda fit-turiżmu Għawdxi inkluż dak reliġjuż, rurali u storiku. Il-viżjoni eko-Għawdex tappella għal Għawdex b’mod ġenerali. Il-baħar madwar il-gżira hu wkoll opportunità għall-għaddasa.

Hu appella biex ma jintefax drenaġġ fil-baħar minħabba li dan jeffettwa l-industrija tal-għaddasa fix-Xatt l-Aħmar. Hu staqsa f’hix waslet l-offerta għall-bdil tas-sistema biex ma tibqax issir ħsara lill-industrija tal-għaddasa

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-breakwater ta’ Marsalforn u qal li kien sar studju dwar dan il-breakwater u dwar qiegħ il-baħar ta’ Marsalforn . Hu apella biex id-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu.

Għawdex hu moqdi biss b’port wieħed dak tal-Imġarr iżda dan illum mhux biżżejjed minħabba li fih jakkomoda wkoll marina tal-jottijiet u serviziz oħra. Hu tkellem ukoll dwar il-biedja u qal li dan hu qasam folkloristiku u ta’ preservazzjoni tal-ambjent Għawdxi.