Lokali Parlament

Iż-żieda fit-turiżmu mhux tirriżulta f’titjib għall-operaturi

– Mario de Marco, PN

Fil-parlament id-Deputat Nazzjonalista beda d-diskors tiegħu dwar l-MTA billi iddikjara li l-Ministru Konrad Mizzi mhux xempju tal-ideali u l-valuri ta’ deputat u ma jagħmilx unur lil din l-industrija u lill-ħaddiema li jaħdmu f’iha. Hu qal li jirriżulta kien hemm tnaqqis fl-iljieli fil-lukandi f’Malta waqt li ż-żieda fit-turiżmu mhux tissarraf f’titjieb u żieda għall-opeaturi.

Il-ħaddiema barranin li jiġi fil-pajjiż m’għandhomx ikunu kalkolati bħala turisti fil-pajjiż, sostna Mario de Marco, li appella biex il-lukandi jkunu protetti u mgħejjuna. Hu qal li ftit saru proġetti ġodda mill-MTA u ta parir lill-Ministru biex ma jmurx jippoża mar-ramel fil-Bajja tal-Balluta meta r-ramel telaq mal-ewwel maltempata.

Hu tkellem dwar l-ingaġġ tan-nies u l-promozzjonijiet fl-MTA u qal li l-ministru għandu jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema mal-MTA u kemm ġejjin mid-distrett tiegħu. Hemm ukoll ilmenti dwar kif qed isiru l-promozzjonijiet fejn persuni b’esperjenza u tajbin twarrbu kompletament biex iddaħħlu nies viċin il-Ministru Mizzi.