Sport

GSSE 2019: L-iżgħar partitarju Malti tal-judo fil-Montenegro

F’Montenegro, Malta għandha l-iżgħar partitarju tal-judo hekk kif iċ-ċkejken ta’ ħames xhur u nofs Craig qed jagħti s-sapport tiegħu lil missieru Jeremy Saywell li jikkompeti fil-kategorija ta’ taħt is-66kg fil-judo. Din hi t-tieni darba li Saywell qed ikollu l-appoġġ ta’ ibnu wara li fi Frar kien ikkompeta f’Ruma.

Għal Saywell din hi l-ħames darba li qed jikkompeti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, darba fl-2007 fil-ġinnastika u bejn l-2011 u l-2015 kif ukoll din is-sena bħala judoka. B’hekk hu kien sar l-ewwel atleta Malti li kkompeta f’żewġ dixxiplini differenti f’dawn il-Logħob iżda mhux l-uniku għaliex Peppijna Dalli wara karriera fil-ġinnastika iżda qegħda fil-pole vault. Fl-edizzjonijiet passati, Saywell rebaħ żewġ midalji u bronż, bil-midalja tal-fidda tal-lum, tkompli tagħmel din il-koppja ta’ suċċess.

Ommu hi wkoll isem familjari mal-judo f’pajjiżna u mhi ħadd ħlief Marcon Saywell, magħrufa aħjar bħala Marcon Bezzina. HI pparteċipat f’seba’ edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bejn l-2003 u l-2015 b’total ta’ żewġ midalji tad-deheb u erba’ midalji tal-bronż.

L-aħħar darba li Bezzina kkompetiet kienet fl-ewwel edizzjoni tal-Logħob Ewropej li sar f’Baku fl-2015. Fl-età ta’ 33 sena, ħafna jistaqsu jekk Marcon Saywell hux se tirritorna fil-judo. Ir-risposta tagħha hi l-famuża “never say never” iżda żgur li d-dilettanti tal-isport Malti jittamaw għal ritorn fil-judo biex anki ċ-ċkejken Craig ikun jista’ jsegwi l-ġenituri tiegħu