Il-Kamra ta-Periti nnominat lil Prof. Richar England bħala kandidat għall-premju li jġib l-isem ta’ Robert Matthew.
Dan l-unur jikkomemora l-ewwel President tal-Assoċjazzjoni tal-Periti tal-Commonwealth (CAA), Sir Robert Matthew u jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet innovattivi għall-iżvilupp tal-arkitettura, fil-kuntest tal-Commonwealth.
Il-premju jingħata lil uffiċċju ta’ perit jew arkitettoniku li jagħmel l-aktar kontribuzzjoni eċċellenti li għandha rilevanza partikolari għall-pajjiż jew reġjun li joperaw fihom.
Il-Professur England daħal fix-xena arkitettonika f’Malta fl-1962, bid-disinn tal-Knisja emblematika ta’ San Ġużepp fil-Manikata.
Matul l-aħħar nofs seklu, ix-xogħol tiegħu ġibed l-attenzjoni tad-dinja arkitettonika internazzjonali.
Il-Kamra tal-Periti sostniet li Richard England huwa ambaxxatur ta’ Malta mad-dinja kollha f’dan il-qasam u għalhekk huma ħassew li dan il-premju jkun jixraq lil da il-personaġġ li ta ħafna lil pajjiżna.
Ir-riżultati jitħabbru aktar tard tul is-sena.
//= $special ?>