Grupp ta’ tfal tal-iskola li kienu qed jistennew tal-linja, sfaw attakkati b’sikkina minn raġel. L-inċident seħħ f’belt fil- Ġappun fin-Nofsinhar ta’ Tokyo.
Mill-inqas żewġ peruni ntaqtlu u 16-il persuna ndarbu f’triq residenzjali f’Kawasaki. Iż-żewġ vittmi huma tifla li tattendi skola elementari u raġel ta’ 39 sena. Is-suspettat huwa raġel li għandu madwar 50 sena. Allegatament huwa fera lilu nnifsu u aktar tard kien arrestat. Fejn imbagħad spiċċa wkoll tilef ħajtu.
Ir-raġuni wara dan l-attakk għadha mhix magħrufa. Sittax minn dawk midruba jingħad li huma tfal tal-iskola. Il-Pulizija rkuprat żewġ skieken minn fuq il-post.
//= $special ?>