-Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo
Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal li l-prodott turistiku Malti jrid jitjieb.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament Robert Arrigo qal li minn Jannar sa Marzu jekk jitnaqqsu l-ħaddiema minn barra l-UE jirriżulta li kien hemm tanqqis fil-persuni li żaru l-pajjiż waqt li żdiedu l-ispejjeż. Hu qal li t-Turkija qed tieħu ħafna turisti lil Malta u kompla li hemm sistemi fuq il-web sites li l-industrija trid tkun tafhom.
Dwar l-accounts tal-MTA Robert Arrigo qal li kien hemm €25 miljun żieda fl-allokazzjoni u staqsa kif dawn intefqu. Hu qal li Malta hi destinazzjoni ta’ tliet stilel li hi l-massa tas-suq fl-Ewropa. Hu kompla li l-prodott Malti għadu maħmuġ u jista’ jsir ħafna iktar.
Robert Arrigo kompla li fiż-żona ta’ Tas-Sliema u Spinola hemm diżastru minħabba diversi ċirkostanzi fosthom ix-xogħlijiet li se jibdew propju fis-sajf. Hu staqsa fejn qed imorru l-flus tar-riklamar u tkellem dwar l-avvenimenti l-kbar li jsiru fil-pajjiż fil-kuntest tal-isponsors. Din is-sena jidher li m’hemmx stop sales fil-lukanda u jidher li għad fadal ħafna x’timla fil-lukandi.
Hu qal li l-Air Malta ma tistax tkun kontrollata bir-remote control għaliex din hi importanti ħafna għall-pajjiż. Robert Arrigo qal li hemm persuni li għandhom salarji kbar u staqsa jekk Karl Stagno Navarra għandux il-kariga li qed tissemma bil-paga li qed tissemma’.
Il-Viċi-Kap tal-PN qal li l-Air Malta tista’ tagħmel rendikont finanzjarju sabieħ iżda jekk hemm it-telf, ikun il-pajjiż ikun qed jitlef.
//= $special ?>