Parlament

Il-valur turistiku tan-naħa t’isfel ta’ Malta għandu jkun imsaħħaħ

  • Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex il-valur turistiku tan-naħa t’isfel ta’ Malta jkun imsaħħaħ.

Fil-parlament Toni Bezzina qal li l-MTA hi l-magna li tippromwovi s-settur turistiku. Hu semma’ Wied iż-Żurrieq u qal li hemm diversi prolemi fosthom in-nuqqas ta’ parkeġġ speċjalment il-Ħadd fejn jinżlu numru kbir ta’ coaches meta dan jesa’ biss sa 12-il coach. Il-parkeġġ għandu jilqa’ fih coaches u karozzi privati.

Problema oħra hi n-nuqqas ta’ bus shelters f’Wied iż-Żurrieq, qal Toni Bezzina, li kompla li hu pożittiv li t-tfal jistgħu jżuru siti ta’ Heritage Malta b’xejn iżda fadal x’isir.

Hu semma’ l-wirt storiku fin-naħa t’isfel ta’ Malta u tkellem dwar is-suċċess li qed jiksbu l-istudenti tal-ITS fejn appella biex isir iktar investiment.

Min ikompli għad-degree mill-ITS għandu jkompli jispeċjalizza mill-ewwel sena tad-degree minħabba li l-istudenti huam fil-fatt artisti.