Parlament

Petizzjoni dwar il-breakwater ta’ Marsalforn


Id-deputat Nazzjonalista Chris Said ressaq fil-parlament petizzjoni minn residenti u sidien ta’ ħwienet f’ Marsalforn dwar il-breakwater ta’ Marsalorn li ġarrab ħsarat seba’ snin ilu u li kull darba li qed ikun hemm il-maltemp dawn qed iġarrbu ħsarat kbar.

Il-Ministru Justine Caruana wieġbet li l-proċess biex dan il-breakwater jisssewwa jinsab għaddej u diġà kien hemm laqgħat ta’ konsultazzjoni biex dan jitwettaq. Hi qalet li dan il-proġett se jiswa l-miljuni.