Parlament

L-interess tal-ġid komuni l-ewwel fil-kunsilli lokal

-Robert Ciutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar appella biex wara li jintemmu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-kunsillera eletti kollha jpoġġu l-interessi tal-lokalitajiet u tal-komunità bħala prijorità.

F’diskors fl-Aġġornament tal-parlament, Robert Cutajar irringrazzja lill-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Hu kkundanna l-attakki fuq il-kandidati billi dawn jitpoġġew kollha fl-istess keffa u appella biex il-partiti ma jinsewx lill-kandidati li ma jkunux eletti biex dawn jibqgħu jipparteċipaw għaliex mhux faċli li jinstabu nies li jkunu impenjati li jaħdmu għall-ġid tas-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex mill-1 ta’ Lulju 2019 jintnesew l-interessi partiġġjani u jkunu l-kunsilliera li jiddeċiedu x’ikun fl-interess tal-lokalitajiet. L-interess tal-ġid komuni għandu jinġieb l-ewwel, sostna Robert Cutajar.