Internazzjonali

BREXIT: Tikber il-possibbiltà ta’ referendum ieħor

Hekk kif tkompli titwal l-istorja ta’ Brexit, jidher li Jeremy Corbyn jinsab lest biex jagħti l-appoġġ tiegħu għal referendum ieħor dwar Brexit.

Numru ta’ uffiċċjali għolja qalu li hu lest jiddikkjara dan uffiċċjalment fil-jiem li ġejjin.

Corbyn kien taħt pressjoni biex jagħti s-sostenn tiegħu għal referendum ġdid.

Il-mexxej Laburista ta’ Wales Mark Drakeford kien fost dawk li tkellem dwar dan. Intant ix-Shadow Minister tal-Intern Ingliż Diane Abbott, alleata ta’ Corbyn, qalet li qed jagħtu appoġġ sħiħ għal vot ieħor mill-poplu, għax din hi l-aktar ħaġa demokratika li tista’ ssir.