Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lum, l-Iseapker tal-Parlament Anġlu Farrugia qara ittra ta’ riżenja mid-deputat Nazzjonalista David Stellini li rriżenja minn deputat tal-PN.
Fl-ittra tiegħu ta’ riżenja, David Stellini qal li kien qed jirriżenja minħabba s-sitwazzjoni politika fil-pajjiż u l-klima li teżisti.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar rringrazzja lil David Stellini għall-ħidma tiegħu fil-Grupp Parlmentari u fil-Parlament.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri qal li jħossu mdejjaq li persuna valida bħal David Stellini ħass li kellu jitlaq mix-xogħol tiegħu ta’ deputat.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ingħaqad ma’ dawn is-sentimenti u qal li David Stelini kien persuna valida fil-parlament.
//= $special ?>