Internazzjonali

EU: Franza u l-Ġermanja ma jaqblux

Franza u l-Ġermanja mhux qed jaqblu dwar min għandu jieħu waħda mill-għola karigi bħala mexxejj tal-bloc. Dan id-diżgwid ħareġ f’laqgħa li saret it-Tlieta wara l-elezzjonijiet li seħħew fil-membri stati kollha tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Dawn l-elezzjonijiet irriżultaw f’ħafna mill-pajjiżi l-kbar jaraw żidiet qawwija fil-voti lejn il-partiti l-ħodor.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel trid lill-kandidat taċ-ċentru lemin Manfred Weber bħala l-President tal-Kummissjoni l-ġdid, iżda l-President Franċiż Emanuel Macron naqas milli jsemmi isem Weber bħala wieħed li jista jikkontesta din il-kariga.

Intant waqt l-istess laqgħa, il-President tal-Kunsill tal-Ewropa, Donald Tusk qal li filwaqt li l-Ewropej raw xi jsiffer Brexit, huma waslu wkoll għall-konklużjonijiet tagħhom. Hu qal li Brexit serva bħal titqiba kontra l-propaganda anti-EU u l-fake news.