Lokali Mużika

Giorgia Borg ma tgħaddix għall-finali minkejja wirja mill-aqwa

Kienet prestazzjoni stupenda dik li tat il-Maltija Giorgia Borg waqt l-edizzjoni tal-bieraħ ta’ Britain’s Got Talent, minkejja li ma rnexxilix tasal sal-finali tal-Ħadd.

Giorgia interpretat il-kanzunetta oriġinali tagħha ‘Be Free’.

Il-wirja tagħha kienet imfaħħra mill-ġurija iżda ma marritx daqshekk tajjeb mal-pubbliku Ingliż li kien qed isegwi fuq ITV u li vvota f’din il-kompetizzjoni segwita minn miljuni kbar.

Giorgia, li għandha 11-il sena, serqet il-qlub ta’ bost bil-vuċi qawwija li għandha u l-kunfidenza li turi fuq il-palk.

Dawk li kkwalifikaw għall-finali kienu 4MG u Sioghan Philips.