Rita Grima ġiet eletta Sindku taż-Żurrieq għan-nom tal-Partit Laburista, hekk kif irnexxielha tikseb aktar voti minn Ignatius Farrugia. Flimkien magħhom ġew eletti Joseph Damato, Kaydem Schembri, Tiffany Farrugia, Marisa D’Amato u Kenneth Farrugia.
Għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Kyle Mifsud u Dino Bonnici.
Dean Hili ġie elett bħala Sindku tal-lokalità ta’ Pembroke wara li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza. Eletti għall-Partit Nazzjonalista f’din il-lokalità nsibu lil Desireè Vella Brincat kif ukoll lil Charles Cesare.
Il-Partit Laburista kiseb 60.8% tal-voti filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 39.2% tal-voti mixħuta.
Għall-Partit Laburista flimkien ma’ Hili ġew eletti Omar Elaref Arab (bħala Viċi Sindku) kif ukoll Raymond Lanzon.
Dan filwaqt li ġie kkonfermat li f’Ħad-Dingli ġie elett sindku Laburista ġdid Raymond Schembri, li għeleb lis-Sindku attwali Sandro Azzopardi b’għaxar voti biss.
Sadanittant il-Partit Laburista żamm ukoll il-Kunsilli Lokali tal-Imqabba, Ta’ Xbiex u Qrendi.
Fil-lokalità tal-Imqabba, b’64% tal-voti favur il-Partit Laburista, Omar Farrugia ġie elett Sindku flimkien ma’ Grace Marie Zerafa u Henry Zaffarese. Għall-Partit Nazzjonalista bi 36% tal-voti, ġew eletti Jonathan Dingli flimkien ma’ Owen Sciberras.
Fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex, Max Zammit ġie elett bħala Sindku tal-lokal – flimkien ma’ Rosario Portelli u Oriana Calleja. Għan-nom tal-Partit Nazzjonalista ġew eletti Louise Cachia Castelletti u Eugenio Muscat.
Fil-Qrendi, il-Partit Laburista kiseb erba’ siġġijiet kontra l-wieħed tal-Partit Nazzjonalista. Bħala Sindku ġie konfermat David Michael Schembri fejn flimkien miegħu ġew eletti Patrick Bugeja, Marion Parnis u Charles Zerafa. Għall-Partit Nazzjonalista ġie elett Daniel Farrugia
Fil-lokalità ta’ Birżebbuġa – il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti b’76% tal-voti kontra l-24% tal-Partit Nazzjonalista. Ta’ min wieħed jinnota li f’din il-lokalità mal-270 vot ġie mmarkat bħala wieħed invalidu.
Għall-Partit Laburista ġew eletti Joseph Farrugia bħala Sindku, flimkien ma’; Joseph Baldacchino, Josepha Busuttil, Scott Camilleri, Sandro Alexander Caruana, Maria Mifsud u Carlo Stivala.
Għall-Partit Nazzjonalista ġiet eletta Doriana Portelli flimkien ma’ Stanley Zammit.
Fil-lokalità tal-Marsa l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti b’72.9% tal-voti miġbura filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 21.4% tal-voti mitfugħa.
Josef Azzopardi ġie elett bħala Sindku. Flimkien mieghu ġew eletti għan-nom tal-Partit Laburista Francis Debono, Joseph Lia, Nicholas Pace, Joseph Scerri u Dominic Andrew Spiteri.
Għall-Partit Nazzjonalista ġiet eletta Charmaine Aquilina.
Sadanittant f’Santa Venera l-Partit Laburista reġa’ kiseb il-kunsill minkejja li l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Darren Carabott kiseb il-maġġoranza tal-voti b’916 vot.
Il-Partit Laburista kiseb 58.6% filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 41.4%.
Dan ifisser li Stephen Sultana ġie konfermat Sindku tal-lokal Vendriż fejn flimkien miegħu ġew eletti Kursten Dimech, Gianluca Falzon, u Silvio Vella.
Għall-Partit Nazzjonalista; Darren Carabott ġie elett flimkien ma’ Courtney Farrugia.
//= $special ?>