“Irrid niċċekkja”
Hekk wieġeb il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fil-Parlament, ġimgħa wara li ġurnalista ta’ Net News staqsietu dwar l-ingaġġ ta’ suldati fl-armata.
Fil-fatt kien il-ġimgħa l-oħra meta New News staqsa lil Michael Farrugia x’kienu l-akkużi, f’każ separat, li kellu s-suldat mixli bil-qtil ta’ Lassana Cisse, u li dwarhom instab ħati.
Issa, l-Ministru anke fil-Parlament kompla jaħrab. Dan hekk kif hu stess nhar it-Tlieta qal li għad irid jiċċekkja id-dettalji għax għad m’għandux informazzjoni.
Fl-ewwel seduta Parlamentari wara s-sospensjoni ħabta w sabta għaxart ijiem qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina staqsa lill-Ministru x’kienu l-akkużi li dwarhom instab ħati Lorin Scicluna.
Hu staqsa lil Ministru Farrugia żewġ mistoqsijiet. Staqsih jekk ir-reat li kien akkużat bih, ammetta u nstab ħati dwaru kienx ta’ natura sesswali, u staqsih ukoll jekk kienx tant gravi li fih kienet involuta l-Interpol.
Bħalissa Lorin Scicluna jinsab akkużat li flimkien ma’ sieħbu Francesco Fenech nhar is-6 t’April qatel lil Lassane Cisse f’dak li qed ikun meqjus bħala l-ewwel omiċidju f’pajjizna b’mottiv ta’ razziżmu.
Scicluna kien iddaħħal fl-armata meta kellu każ pendenti serju l-Qorti – iżda l-Ministru stqarr li għadu jrid jiċċekkja dwar dan. U qed jonqos milli jerfa’ r-responsabbilta’ politika.
//= $special ?>