Il-Partit Nazzjonalista kkonferma l-maġġoranza tiegħu fil-Kunsill Lokali tal-Iklin b’56.5% tal-voti kontra l-43.5% tal-Partit Laburista. L-avukat Dorian Sciberras ġie elett bħala s-Sindku ġdid ta’ din il-lokalità wara li s-Sindku preċedenti ma ħariġx fuq dan il-lokal.
Flimkien ma’ Sciberras, Yvonne Bartolo ġiet eletta bħala Viċi Sindku filwaqt li magħhom ġie elett ukoll Emanuel Zammit.
Għall-Partit Laburista ġew eletti Bernice Farrugia flimkien ma’ Godwin Catania.
Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan, Ian Spiteri ġie elett Sindku għan-nom tal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-PN kiseb aktar minn 72% tal-voti kontra l-27% tal-Partit Laburista.
Flimkien ma’ Spiteri ġie elett Angelo Micallef flimkien ma’ Stephen Gatt u Marie Louise Briffa.
Għall-Partit Laburista ġie elett Oliver Nicholas De Gaetano.
Il-Partit Nazzjonalista żamm il-maġġoranza wkoll fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan hekk kif Albert Buttigieg sar is-Sindku l-ġdid ta’ din il-lokalità. Flimkien miegħu ġew eletti għan-nom tal-PN; Guido Dalli, Patricia Camilleri, Clayton Luke Mula, Rita Dimech Portelli u Sean Gauci.
Għall-Partit Laburista ġew eletti Adrian Dominic Ellul, Martin John Sultana u John Agius.
//= $special ?>